L-ISTORJA TAR-RAFFLES (L-Aħħar Parti)

REFLEXMALTA tkompli tintervista lil Mark Grima, proprjetarju tar-Raffles Club fis-snin tmenin.

Kienet tintuża xi silta partikolari għall-opening?
Għall-bidu konna nżommu l-mużika baxxa, imbagħad ngħollu l-volum meta l-post ikun imtela. Kemm il-darba użajna Syrius / Eye in the Sky ta’ Alan Parsons Project bħala opening.

Kien hemm music policy?
Ovvjament. Meta l-mużika New Romantic kienet in voga id-DJ kien iħallata ma dik disco. Frankie Goes To Hollywood, Madonna, Duran Duran u Soft Cell kienu fost il-favoriti fir-Raffles. Kien hemm gruppi oħra tajbin bħal Curiosity killed the Cat li dejjem kienu jiġbdu ż-żgħażagħ fuq id-dancefloor. Konna nagħfsu wkoll fuq ir-rock, specjalment fi zmien Ray Bajada. Il-mużika rock baqgħet f’qalbi sal-lum pero għadni ma nistax nifhem kif id-dancefloor dejjem kienet tkun ippakkjata biż-żgħażagħ jiżfnu għall-mużika kollha, inkluż dik rock.

Hawnhekk fil-pront, stedinna lil Mark biex jattendi għar-Reflex Party li jmiss biex jara b’għajnejh kif dik il-mużika għadha popolari ferm u toħloq l-istess atmosfera.


Min kien responsabbli mill-bar?
Meta ftaħna, Frankie Borg kien head barman. Imbagħad mar il-Victoria Pub. Kien hemm ukoll il-kuġin tiegħi, Marcelle Barbara, alla jaħfirlu (miet f’inċident fuq il-baħar.) U kien hemm ħafna staff li inbidlu minn żmien għall-ieħor. Aħna konna innovattivi wkoll għax konna ġibna tlett waitresses barranin. Ġibnihom bħala dancers u libbisnihom uniformijiet differenti (black-brunette-blonde). Kienu jservu n-nies fit-tard.


U l-Aquarium?
Dak il-fish tank!.. Jien ma kont nifhem xejn fil-ħut u kellna lil Louis Galea (il-manager tar-Raffles) li kien iħawwad hu fl-aquarium. Bil-mod il-mod bdejt nitgħallem biex ma nitfax oscar ma xi ħuta zgħira..... sakemm ma tridx tara l-oscar ferħana biż-żgħira f’ħalqha!!
 

Għalxiex kien ingħalaq ir-Raffles?
Ir-Raffles ħoloq kunċett ta’ divertiment uniku u oriġinali. Pero meta għadda ż-żmien ma bqajniex ninvestu fil-post u allura ma stajnix nikkompeti aktar ma clubs oħra bħall-Axis u Styx. Ir-Raffles kien ingħalaq fl-1990. Ftit wara xi ħadd kien tah in-nar. L-aquarium, is-seats, l-airconditioning u dak kollu li kien hemm kienu spiċċaw inqerdu fin-nirien. Konna tlifna ħafna flus għax l-insurance kienet skadiet.
 

Memorji?
Għandi memorji sbieħ ħafna ħafna.  In-nies illum xorta għadhom jidħlu fil-post u  jgħiduli li ghalkemm inħaraq xorta jistgħu jaraw fejn kien il-bar, il-gallarija u d-dancefloor. Jien m’għandix kuraġġ nidħol u nara l-post kif inhu illum. Too Nostalgic.  Kienet era sabiha u sentimentali wisq għalija.

Għall-Mark it-tmexxija tar-Raffles kien l-ewwel pass f’karriera twila bħala imprenditur fil-qasam tad-divertiment. Wara r-Raffles kellu l-Al-Kafe. Postijiet oħra f’idejn Mark u l-aħwa Grima huma The Alley u Fuego ta’ San Giljan u tal-Qawra.

 

Int tiftakru r-Raffles? Tinsiex li tista tikteb fil-guestbook u tgħidlina dwar l-esperjenzi tiegħek.

 

Click to enlarge
Click to enlarge
World Dance Championship
The Real Thing - 1987
Click to enlarge
Click to enlarge
Simon at Raffles
Special shows at The New Raffles
   
   
 
Click to enlarge
Raffles Bar
Click to enlarge
Mark Grima and Samantha Fox
Click to enlarge
Amanda Lear - 1985
 
Click to enlarge
Raffles Bar Staff
 
Click to enlarge
Raffles Promo
 
Click to enlarge
Mark Grima
 
Click to enlarge
Pussycats at Raffles
Click to enlarge
Modern Romance at Raffles
 
Copyright ©2008 Reflex Promotions, All rights reserved.
Website Design by Foto Creative Ltd