L-ISTORJA TAR-RAFFLES (It-Tieni Parti)

REFLEXMALTA tkompli tintervista lil Mark Grima, proprjetarju tar-Raffles Club fis-snin tmenin.

X’influwenza ħalla r-Raffles fuq iż-żgħażagħ matul is-snin tmenin?
Is-snin tmenin kienu era fejn clubs bħar-Raffles kienu jkunu mimlija b’żgħażagħ li kienu konxji ħafna ta’ kif jidhru, il-ħwejjeġ li jilbsu, make-up, aċċessorji u l-istil tax-xahar. It-tfajliet u ħafna mill-ġuvintur kienu jġorru l-hairspray u l-hair mousse magħhom. Min jagħmel xahru spiky l-iżjed.... inkluż jien! Ma ninsewx ukoll li l-mużika tbiddlet kemm il-darba, minn disco għall-punk, new wave, new romantic u house.. l-istil taż-żfin inbidel ukoll fis-snin tmenin. Naħseb ukoll li l-magazines u l-istazzjonijiet televizivi taljani kienu ħallew influwenza kbira fuqna f’dik li hija moda. Iż-żgħażagħ kienu jaraw lill-kantanti u mudelli barranin u jimitawhom fid-dehra tagħhom.


Kien hemm dress code biex wieħed jidħol ir-Raffles?
Iva. Infatti wieħed mill-mumenti imbarazzanti tagħna kien meta darba ġew grupp  ingliż (mingħalija kienu t-Thompson Twins) u d-doorman tar-Raffles ma daħħalhomx għax ta’ New Romantics li kienu, kellhom xagħarhom għoli ħafna kull kulur,  ktajjen, imsielet u ħwejjeġ ikkuluriti li qatt ma rajna bħalhom. U d-doorman qallhom “sorry but no fancy dress!.. U baqgħu barra!


Min kienu d-DJ’s tar-Raffles?
L-ewwel bdejt jien għax kont diga għamilt xi snin indoqq ma mobile disco u naħdem ukoll id-Dragonara bħala DJ. Imbagħad ħallejt f’idejn ħaddieħor. Konna ġibna lil Ray Bajada. Kien idoqq ukoll id-Doddy Bugeja. Pero l-aktar li dam kien Ray (madwar ħames snin). Kien hemm ukoll DJ Neil Simpson li kien miet żgħir mil-leukemia.
 

X’tgħidilna dwar il-video wall?
Ir-Raffles kellu l-ewwel big screen (15 il-pied f’dinamitru) sinkronizzat mal-muzika. Kien ukoll power operated silver screen, dak iz-żmien (1983) kienet xi ħaġa kbira għall-Malta. Kien ikun hemm anke barranin li kienu jimpressjonaw ruħhom. Konna nuru hafna videos fosthom ta’ Pat Benatar, Dire Straits (Money for Nothing) u Duran Duran (Girls on Film u Wild Boys minn Arena) fost l-oħrajn. Il-videos ta’ Soft Cell kienu wkoll popolari ħafna.
 

Kienu jigu organiżżati nights speċjali?
Ir-Raffles kien famuż għan-nights kontraversjali bħal Miss Wet T-Shirt li kienu jiġbdu ħafna nies. Dejjem konna norganiżżaw u nivvintaw shows oriġinali. Darba minnhom konna għamilna mud wrestling show u ġibna erba tfajliet, MC, il-mud wrestling theatre jintefaħ u ovvjament it-tajn.
 

Biex tidhol kont thallas ?
Kellna l-membership u l-exclusive cards pero iva, dak iz-zmien il-parti l-kbira tan-nies kienu jħallsu biex jidħlu, tkun xi tkun l-okkażjoni. Għall-ġurnata normali d-dħul kien 50c, xi snin wara 75c u  eventwalment Lm1 kull persuna. Il-biljetti għal-Miss Wet T-Shirt kienu jkunu Lm 3.50. Il-biljetti għall-kunċert tal-Osibisa kienu Lm3. U kulħadd kien lest li jħallas għax naħseb li kienu jieħdu divertiment value for money. L-energy level kienet xi ħaġa unika, fil-peak time kont tbaxxi l-mużika tal-club u tisma n-nies kollha jkantaw mad-diski. Illum trid tkun xi ħaġa vera ta’ barra minn hawn biex toħloq l-istess atmosfera.
 

L-istorja tar-Raffles tkompli .....

>> L-ISTORJA TAR-RAFFLES (It-tielet parti)

X’tiftakar dwar ir-Raffles ? Tinsiex int tista tikteb fil-guestbook u tgħidlina dwar l-esperjenzi tieghek.

 

Click to enlarge
Click to enlarge
Suzanne Mizzi at Raffles - Gwida Magazine
Miss Wet Tee-Shirt Competition - Application
   
Click to enlarge
Click to enlarge
Samantha Fox at Raffles
Samantha Fox at Raffles
   
Click to enlarge
Click to enlarge
Artwork at Raffles (1987)
The New Raffles re-opening invitation
December 1985
Click to enlarge
Click to enlarge
Champagne Party with Amanda Lear
Mirage (UK) live at Raffles - October 1987
   
   
 
Click to enlarge
Raffles Disco Party
Click to enlarge
Miss Wet T-Shirt Contestant
Click to enlarge
Samantha Fox with Raffles Staff
 
Click to enlarge
DJ Neil Simpson
 
Click to enlarge
Suzanne Mizzi with DJ Ray Bajada
 
Click to enlarge
Mark Grima
 
Click to enlarge
Marc Storace at Raffles
Click to enlarge
Den Harrow live at Raffles
Click to enlarge
Mud Wrestling at Raffles
 
Copyright ©2008 Reflex Promotions, All rights reserved.
Website Design by Foto Creative Ltd