ESKLUSSIVA !

Il-memorji li nġeddu permezz tal-programm REFLEX fuq Capital Radio 88.7 qegħdin dejjem jiġġeddu aktar permezz tawww.reflexmalta.com. Esklussivament, minn din il-ġimgħa qed inwasslu intervista u ritratti dwar ir-RAFFLES. Mhemm’x dubju li r-Raffles Discoteque taSt Andrews kien wieħed mill-aqwa postijiet tadivertiment matul is-snin tmenin,  post tanostalġija u memorji sbieħ.

REFLEXMALTA intervistat lil Mark Grima, proprjetarju tar-Raffles fis-snin tmenin.


L-ISTORJA TAR-RAFFLES (L-Ewwel Parti)

Meta kien infetaħ ir-Raffles?
Ir-Raffles Club taSt Andrews kien infetaħ f’Marzu tal-1982. Qabel kien proprjeta tas-servizzi ingliżi. Kien il-post fejn kienu jieklu l-uffiċjali tas-servizz (officer’s mess) u kellhom dance hall isfel.

Min kien imexxi r-Raffles?
Meta hadnieħ aħna, jien kelli 20 sena u kont immexxih flimkien ma ħuti Pierre u Simon. Imbagħad Pierre kien ħa l-Alley u Simon kien manager tal-Victoria Pub. Kienet era vera tajba għax-xena tal-clubs f’Malta. Ir-Raffles kien sab ruħu fil-boom tal-aqwa mużika tas-snin tmenin, speċjalment dik New Romantic. Kif kienu jinfetħu l-bibien il-club kien jimtela mill-ewwel speċjalment fejn kien hemm id-dancefloor. Kellna wkoll kompetizzjoni tajba minn Styx u Stownes.

X’ħin kien jiftaħ ir-Raffles?
Konna ħloqna dak is-suq ta divertiment li kien jibda kmieni. Infatti l-bibien tar-Raffles kienu jiftħu fis-sitta u nofs tafil-għaxija u kienu jiġu żgħażagħ minn kull post taMalta, bil-vannijiet jew b’tal-linja. Il-maġġoranza ma kienx ikollhom trasport tagħhom. Min kien responsabbli tat-trasport pubbliku kien għamel shuttle service dirett mill-belt għar-Raffles u lura. Kulħadd jiftakar il-kjus enormi taz-żgħażagħ jistennew fit-terminus tal-belt.  Immaġina tal-anqas elf ruħ juzaw tal-linja fl-istess ħin għall-istess post. Imbagħad fid-disa’ u nofs konna ngħalqu għal xi nofs siegħa biex innaddfu u wara nerġgħu niftħu. Fis-sajf konna niftħu kuljum waqt li fix-xitwa niftħu fil-weekend biss. Ir-Raffles kien jesa madwar tlett elef ruħ f’lejla waħda.

Għala
taħseb li r-Raffles kien daqshekk popolari u x’kellu tant speċjali ?
Ir-Raffles kellu kunċett u disinn oriġinali tadik l-era. Il-proprja disinjatur tal-club kien Frank Portelli li miet riċentament. Huwa kien pittur u addatta l-idejat tagħna b’mod artistiku. Id-dancefloor tar-Raffles kienet saret mill-kumpanija Lightlab u kienet identika tad-dancefloor li tidher f’Saturday Night Fever, il-film tal-1978. Kif kont tidħol ir-Raffles mill-ewwel kont tiftakar f’dal-film. Kien hemm ukoll il-wall modules pariġġ. Żidna wkoll il-video screen u aktar tard id-DJ beda jdoqq mill-gallarija. Id-dancefloor  baqghet dejjem l-istess.

L-isbaħ mument  tar-Raffles?
L-isbaħ mument għalija kienu meta ġibt lill-grupp Osibisa ġewwa r-Raffles darbtejn.

Kantanti u artisti oħra li ġew ir-Raffles?
Kienet ġiet Samantha Fox meta kienet fl-aqwa tagħha bħala kantanta fl-Ingilterra u fl-Ewropa. Kellna wkoll kantanti oħra bħal Riccardo Fogli, Den Harrow, Amanda Lear u gruppi bħal The Real Thing u Modern Romance.  Artisti oħra mistiedna kienu Stevie Starr (li kien jibla l-affarijiet u jerġa joħroġhom tale quale), Janet Charles (timita lir-reġina ingliża) u Suzanne Mizzi, Page 3 Girl.

Ir-Raffles kien jorganiżża wkoll kunċerti minn gruppi Maltin. Kunċert kbir kien dak tar-Riffs. Wara konna erġajna ġibna lil Ray l-Ingliż meta kien qiegħed barra minn Malta flimkien mal-Characters. Kunċerti oħra tajbin kienu dawk ta’ Brainstorm,  B3, X-Tend, Mirage u Winter Moods (dak iz-zmien bil-kantant Mark Doneo). Clyde Puli għamel żmien promoter ta’ dawn il-kunċerti fir-Raffles.

 

L-istorja tar-Raffles tkompli  ....

>> L-ISTORJA TAR-RAFFLES (It-Tieni Parti)


Int
tiftakru r-Raffles? Tinsiex li tista tikteb fil-guestbook u tgħidlina dwar l-esperjenzi tiegħek.

 

Click to enlarge
Click to enlarge
Raffles Pyjama Party 1984
Champagne Party with Riccardo Fogli - April 1985
   
Click to enlarge
Click to enlarge
Winter Moods live at Raffles - May 1988
B3 live at Raffles
   
Click to enlarge
Click to enlarge
Characters live at Raffles - July 1984
Riffs live at Raffles
Click to enlarge
Click to enlarge
Osibisa at Raffles
Osibisa Concert
Click to enlarge
Click to enlarge
The Victoria Pub

Click to enlarge
Raffles Champagne Party Invitation
Den Harrow @ Raffles
   
 
Click to enlarge
On the dancefloor
Click to enlarge
The Raffles Crowd
Click to enlarge
The Dancefloor
 
Click to enlarge
Raffles Car Sticker
 
Click to enlarge
Amusement Centre
 
Click to enlarge
Cocktail Bar
 
Click to enlarge
Pizza and Burgers
Click to enlarge
Raffles Free Admission
Click to enlarge
Raffles Ticket
Copyright ©2008 Reflex Promotions, All rights reserved.
Website Design by Foto Creative Ltd