Doddy Bugeja



Dominic Bugeja, jew kif inhu magħruf ‘Id-Doddy’, kien wieħed mid-DJ’s ewlenin tar-Raffles. Karattru simpatiku, ċajtier u umli. Id-Doddy twieled il-Belt Valletta fl-1958. Huwa miżżewweġ lil Maris u joqgħod Pembroke. ReflexMalta staqsietu xi mistoqsijiet biex insiru nafuh aħjar.


F'liema sena bdejt il-karriera ta DJ ? Fuq liema radio kont dak iż-żmien? 
Bdejt bħala prezentatur tar-radju  fl-1978, fuq Leħen il-Hbiberija u Solidarjeta fl-inħawi tar-Rabat.

Kemm kellek żmien?
Bdejt indoqq meta kelli 20 sena.

F'liema clubs kont iddoqq?
L-ewwel bdejt mal-Hustle Disco f’dance halls, hotels, parties etc. Imbagħad bdejt indoqq il-JJ’s Disco fil-Qawra u t-Tiguglio Nightclub f’San Giljan.

Meta bdejt ir-Raffles?
Fl-1985.

Minflok min dħalt?
L-ewwel bdejt nibdel ma Ray Bajada. Imbagħad sirt Resident DJ.

X’ħin kont tibda ddoqq? 
Kont indoqq in-night kollu,nibdew għal ħabta tas-sitta sad-disa u nofs, break u nkompli. Dejjem konna nwasslu sa nofs il lejl. Sieħbi il-Huge dejjem kien jibdilni xi ftit.

X'memorji jġiblek il-post?
Ħafna memorji sbieħ flimkien ma Mark, Pierre u Simon (il-fessud). Niftakar dawk in-nights tal-weekend għaż- żagħzagħ maltin, Thursday Nights għall-istudenti barranin u l-istudenti tal-NSTS. Niftakar meta ntroduċejna r-rocknroll nights matul il-ġimgħa u l-ħafna parties fosthom tal-BOV. Esperjenzi sbieħ kienu wkoll il-B-B-Q Nights fil-pool area tal-Medisle Village, bil-mixer jixxokja bin-nida. Niftakar li konna nispiċċaw il-B-B-Q bl- istaff inkantaw We Are The World (insomma konna nippruvaw!) u fl-aħħar inwaddbu lil xi ħadd mill-istaff fil-pool. Mark Grima (il-boss) dejjem jisgiċċa u konna inċeduwilhu għax kien ikun bl-ingravata kultant.

X'tghidilna dwar ir-Raffles?
Fir-Raffles qattajt l-isbaħ esperjenzi taż-żogħżija tiegħi. Huwa ta sodisfazzjon kbir li kont indoqq f’wieħed mill-aqwa spots li kien hawn f’dak iż-żmenijiet. Għadni sal-lum meta inkun fuq il bejt ġieli nisma l-eku tal-buzz ħiereg minn hemmekk....(għax bejnietna Alex)  noqgħod viċin ħafna tal-post.

Kif kienet taħdem is-sistema tal-video wall?
Il-video wall konna nħaddmuh b’sinkronizazzjoni mar-ritmu li jkun għaddej. Imbagħad kont iniżżel l-iscreen u ndoqq id-Duran Duran. It-tfajliet kollha jibbazjaw u ovvjament il-ġuvintur isaffru biex jaħarquhom. U kien jiġri bil-kontra meta kont nitfa xi Simple Minds jew rock għal-ġuvintur. Insomma din tal-video wall kien mument ħelu li jfakkrek fil-ħhbiberija li kienet teżisti fir-Raffles.

X'videos l-aktar li kontu turu?
Konna nuru l-aktar il-videos ta’ Van Halen, The Cure, Simple Minds,Soft Cell, Human League, Bruce Springsteen u Duran Duran.

Liema kienu l-aktar diski poplari fuq id-dance floor?
You Spin Me Round (Dead Or Alive), Abracadabra (Steve Miller Band), Shout (Tears for Fears) u New Years Day (U2).

Liema kienu l-aktar diski li kienu joħolqu atmosfera?
In-New Romantics, bla dubju.

 Min kien jixtri d-diski?
Mark Grima.

Kien hemm music policy?
Le, pero it-trend kienet fuq in-New Romantics u Dance Pop tas-snin tmenin u mużika tac-charts.

Kien hemm xi diska li dejjem kont tiftaħ biha?
Iva diska tad-Doors. Konna nikkombinawha mal- light show.

Tiftakar xi kuncerti?
Osibisa, Is show tal-Canale 5 fil-parking grounds tar-Raffles, fejn wara kellna disco party gewwa,  niftakar fl-4 am qed indoqqilhom il cuore matto.

Min kienu l-kantanti / gruppi favoriti tieghek dak iz-zmien?
Simple Minds, Soft Cell u U2.

Kien hemm xi diska li ma kontx thobb iddoqq?
Nineteen ta’ Paul Hardcastle.

Kellek xi esperjenza partikolari, grajja jew  incident x'tirrakonta marbuta mar-Raffles jew simili?
Meta kien hawn l-Osibisa waqt ir-rehersals tagħom iġġamjajt  fuq it-tom toms mal-patatu għax hekk kien jismu. Kien persuna simpatika ħafna li tagħmel ħbieb Miegħu f’ħakka t-għajn. Darb’ oħra kellna illuzjonista mill-Ingilterra. U dan kellu xena fejn kellu joqgħod fit-tebut imnagħad joħroġ minnu. Il-Manager kellu jtini s-sinjal meta nibda Thriller ta’ Michael Jackson u nitfa s-smoke. Pero s-sinjal ma wasalx u miskin dak kien se jifga fit-tebut. Staqsi lil Louis u tara jekk hux veru !

Ghadha ghall-qalbek il-muzika tas-snin 80?
Iva, ħafna.

Messaġġ lil dawk li ghandhom ghall-qalbhom iz-zmenijiet tar-Raffles?
Dak kien żmien eh! Żmien glorjuż li ma tinsieħx malajr. Kien żmien speċjali għalina kollha li konna r-Raffles.

GRAZZI LI KONT PARTI MINNKHOM.

Ghadek iddoqq fi clubs?
Le, l-aħħar li daqqejt kien ir-Raffles.

 X'inhu jaghmel illum Doddy Bugeja?
Xogħol klerikali fl-Isptar Monte Karmeli.

Radio?
RTK Breakfast Show u Weekends wara nofs in-nhar.

Gieli smajtu Reflex?
Segwejtu.. Tajjeb hafna. Imma mhux daqs il-programmi tieghi!! Ha Ha Ha !! (niccajtaw!)

 

PLEASE REMEMBER TO COMMENT ON OUR GUESTBOOK

 

 
Copyright ©2008 Reflex Promotions, All rights reserved.
Website Design by Foto Creative Ltd